Il-Kamra tas-Sodda Tiegħi



Il-kamra tas-sodda tiegħi tinsab fin-nofs tad-dar. Hija kamra kbira u moderna.

Il-kuluri kannella u vjola jispikkaw fil-kamra tiegħi għax huma l-aktar żewġ kuluri li nħobb.

Filfatt għandi l-madum kulur abjad u l-ħitan hu miżbugħ vjola. L-għamara tal-kamra tiegħi hi tal-injam, kulur griz. Fil-kamra tiegħi għandi sodda, gwardobba, skrivanija u gradenza. Fuq il-ħitan issib ħafna inkwatri u ritratti ta' meta kont għadni iżgħar. Fiha għandi ħafna ġugarelli żgħar u kbar li sikwiet nilgħab bihom. Hemm ukoll tieqa li tiġi ġo bitħa interna u li minnha nara ħafna pjanti kbar u żgħar .


Il-kamra nħobb inżommha nadifa biex ma jkunx hemm ħafna imbarazz mal-art u fuq is-sodda għax inkella nista' inweġġa'. Jiena inħobb inqatta' ħafna ħin fil-kamra nilgħab.


Kuntent li għandi din il-kamra għax għandi kollox li nixtieq jien!