Dakinhar li tfaċċa mostru quddiem il-bieb tad-dar
Dakinhar li tfaċċa mostru quddiem
il-bieb tad-dar tan-nanna, ħajti nbidlet
ta’ taħt fuq. Minn dakinhar ’l hawn
bdejt nemmen li fil-ħajja kollox hu possibli.
Kien is-Sibt filgħaxija, meta l-ġenituri
tiegħi kellhom okkażjoni. Jiena ma kontx
mistieden, allura mort norqod għand in-nanniet. Il-ħin tar u n-nanniet marru jorqdu wara li semgħu l-aħbarijiet tat-tmienja. Kienu il-ħabta tad-disgħa, meta smajt il-qanpiena ddoqq. Għalkemm kont imwissi biex ma niftaħx il-bieb ta’ barra, il-kurżita' għelbitni. Kif ftaħt il-bieb ta' barra ma stajtx nemmen lil għajnejja b’ dak li sibt quddiemi. Ġejt f’dubju jekk kontx f’xi ħolma. Ħassejtni nitriegħed u ksaħt. Lanqas stajt nagħti pass. Kont imwerwer u bdejt nibki. Għamilt sforz u pruvajt nagħlaq il-bieb iżda l-mostru kien pront u żammli l-bieb. Beda jitlob l-għajnuna bil-ħniena. Għalkemm mill-apparenza kien tat-twerwir, ġabli qalbi ġunġliena.
Kien mostru m’għola hawn. Kellu l-ġilda qisha tal-kukkudrilli u ta’ lewn aħdar, mimlija infafet. Kellu tliet għajnejn lewn safrani. Denbu kien twil u bit-tarf forma ta werqa u bi tliet ponot. Innuutajt li kien hemm ħafna qtar aħdar imċarċar ma’ siequ u mal-passaġġ tad-dar ta’ quddiem in-nanna.
Ma domtx ma ndunajt li kien ferut u dak il-qtar kien id-demm tiegħu. Iddeċidejt li ndaħħlu fil-kamra tal-banju biex indewwieh. B’xi mod spjegajtlu biex jidħol inkiss inkiss u ma jwaqqa' xejn. Malajr għamilna ħbieb u wiċċu xegħel bil-ferħ.
Minn dakinhar 'l hawn sibt ħabib ġdid u bqajna niltaqgħu regolari fil-ġnien enormi tan-nanna. Sew jgħidu qatt m’għandek tiġġudika mill-apparenza.
Jayden Galea
Yr 5.2 Żejtun