Il-persuna favorita tiegħi
In- nannu Lawrence huwa l- persuna favorita tiegħi. Huwa parti mill- familja tiegħi.
Għandu rasu ovali u wiċċu dejjem bi tbissima. Il- karnaġjon tiegħu hu samrani.
Għandu karattru qalbieni u kien intelliġenti fl- iskola. Iħobb ħafna l-ħistorja speċjalment l- istorja ta' Malta. Flimkien aħna mmorru f' ħafna mużewijiet madwar Malta. In- nannu għandu passatempi differenti bħal ipenġi , jilgħab il- futbol u jaqra b'ħali.In- nannu kien jaħdem li jirranġa l-vapuri. In- nannu jogħġobni għax huwa qalbieni u jixbaħni ħafna. Jien hu u nżommu mal - Manchester United . Għandna ħafna affarijiet li jogħġbuna l-istess. Lili u lin-nannu, ħafna nies jgħiduna li fula maqsuma. In -nannu għandu fuq sebgħajn sena.
Lin- nannu ma nbiddlu xejn għax jogħġobni kif inhu u meta nikber nixtieq insir bħalu!