Dakinhar li mort is-suq man-nanniet.
Ilbieraħ mort sas-suq ta' Marsaxlokk man-nanniet. Morna s-suq bil-karozza l-antika tan-nannu. Konna jiena, in-nanna u n-nannu.
Malli wasalna Marsaxlokk rajna folla nies u ħafna qishom ħwienet żgħar. Kien hemm tal-ħut, tal-ħwejjeġ u aktar. Kemm ħa pjaċir in-nannu meta ra l-ħanut ta' l-injam u xtara mag tal-injam li kellu "Jiena b'Saħħti" miktub fuqu. Komplejna nżuru l-ħwienet biex tixtri xi ħaġa n-nanna.
In-nanna tefgħet għajnejha fuq il-ħwejjeġ. Riedet tixtri ħafna ħwejjeġ sbieħ. Xtrat żewġ ilbiesi, dublett u top. Meta rat taż-żraben, ġriet biex tmur tixtri u xtrat par buz kannella. Jien ħadt ħafna pjaċir li n-nanniet kienu xtraw xi ħaġa, imma jien kont għadni ma xtrajt xejn!
Jien mort nżur il-ħanut tal-ikel u mill-ewwel rajtil-ħelu. Kien hemm ċikkulata, krips, maffins u gallettini. Jiena xtrajt xi ħaġa minn kollox għax inhobb il-ħelu. Kulħadd baqa' ċċassat lejja b'ħafna ħelu f'idi.
Meta kien wasal il-ħin biex nitilqu, rajt lill-ħabiba tiegħi, imma hi ma ratnix. Morna lura d-dar u komplejna l-ġurnata nifirħu b'dak kollu li xtrajna.