Il-ħolma kerha

Mela darba waħda kien hemm tifel jismħu Kieran. Dan qabel ma raqad ra vidjo fuq il-monstri li kienu jeżistu qabel!!!!! Wara qam u għalaq il-purtieri, tefa l-lampa u raqad raqda fil-fond.


Wara xi siegħa qabad joħlom ħolma kerha li kienet fuq monstru ikrah. Fil-ħolma Kieran kien qed jiġri kemm jiflaħ. Il-monstru beda jkisser u jgħaffeġ li-bini u l-monstru beda jwerwer lin-nies. Kien hemm ftit nies li ħasshom ħass ħazin! In-nies bdew iwerżqu kemm jistgħu hekk kif il-monstru kien ser jirfes fuqhom. F'ħin minnhom waqa' id-dlam u kienet aktar tal-biża!!! F'daqqa waħda Kieran stenbaħ, beda jagħfas il-pupu tiegħu u għajjat kemm felaħ. Imbagħad il-bieb tbexxaq bil-mod bil-mod u aktar beda jibża'!!!!


Fortunatament, induna li kienu ommu u missieru! Hu ħa r-ruħ u huma tgħidx kemm fissduh! Imbagħad raqad kalm u rilassat!