Il-mużew tal-istorja naturali

Is-Sibt li għadda, Mikiel mar il-mużew tal-istorja naturali biex josserva l-friefet. Huwa mar mal-ġenituri tiegħu li jisimhom Sandra u Leli. Il-friefet lil Mikiel kienu jaffaxxinawh wisq.


Waqt li kien miexi mal-ġenituri tiegħu, daħlu ġo sezzjoni tal-insetti u kien hemm kaxxa bil-friefet ikkuluriti u rari. Mikiel beda jara ħafna friefet imma kien hemm wieħed imdaqqas u ċilest li vera laqtu.Daqskemm impressjonatu d-dehra ta' dan il-farfett, ġab għajnejh wara widnejh. Sadanittant, il-ġenituri ta' Mikiel marru f'sezzjoni oħra.


Waqt li Mikiel kien waħdu, Mikiel mess il-farfett l-ikħal u f'radda ta' salib, il-farfett ħa l-ħajja. Kif ra l-farfett itir skanta.Mikiel ħareg jigri mill-kamra b'daħka ta' mqareb fuq wiccu. Mar hdejn ommu u missieru imma ma qalilom xejn fuq il-farfett.



Mikiel u l-ġenituri tiegħu marru d-dar. Kif waslu neżaw iż-żarbun u poġġew fuq is-sufan. Sakemm ommu bdiet issajjar xegħelu t-televiżjoni u l-ewwel aħbar kienet fuq farfett li sparixxa min gol-Mużew tal-Istorja Naturali. Missieru skanta ghax, kienu ghadom kif telqu minn hemm. Mikiel beda jidhak kemm jiflaħ u missieru mill-ewwel induna li gara xi haġa.


It-tifel kellu jammetti li seraq il-farfett u reġgħu ħaduh lura f'postu malajr. Mikiel malajr tgħallem ma jisraqx iżjed għax qala penitenza kbira ħafna.