X' ġurnata dik
Għażiż djarju,
rDarba waħda f' jum sħun ta' Awwissu, jiena u l-ħabiba tiegħi Clare riditna nagħmlu ċajta lil missieri u lin-nanna. Aħna għallhekk dħalna fil- kamra ta' oħti Grase biex tagħtina xi idejat għaċ- ċajta. Aħna battalna l-ilma tal-flixkun u mlejnieh bl-ilma tal- vit, imbagħad poġġejna l-flixkun ħdejn il-kitla tat-te'. Meta sar il-ħin għat-te', in-nanna mliet il-kitla bl-ilma tal-flixkun imma fil-verita' kien ilma tal-vit. In-nanna staqsietna jekk ridniex te' imma aħna għidnielha le. Pero' missieri ried bela' te' ta' wara x-xogħol. Meta n-nanna ferrgħet it-te' u hi u missieri bdew jixorbuh, aħna rajnihom ibiddlu l-kulur u aħna t-tfal infqajna nidħqu. Missieri mill-ewwel induna li din kienet praspura tiegħi u tgħidx kemm ġera warajja, imma xorta ma qabadnix!
X'ġurnata kienet dik, kemm dħakna!
Nsellimlek għażiż djarju,
Pietru