Nqrratur: Fil- kexxun tal- iskrivanija ta' Ġina kien hemm ħafna affarjiet. fosthom kien hemm lapes u gomma.
Lapes: Bonġu sinjura Gomma!
Gomma: Bonġu sinjur Lapes!
Lapes: Kif int ?
Gomma: Tajba,u int ?
Lapes: Ma tantx jien tajjeb!
Goimma: Għaliex ?
Lapes: Dal- lejl il- karta ma waqfitx tinħor.
Gomma: Veru ? Jien ma smajt xejn.
Lapes: Iva veru u Ġina qasmitli l- ponta.
Gomma: Bla ponta ma għandekx punt!
Lapes: Għallinqas ma għandiex biċċa sewda fuq rasi!
Gomma: U int ma għandekx għax germitielek.
Lapes: Għallinqas ma għandix elf toqba ġo fija.
Gomma: Ghallinqas tużani ftit mhux bħalek. Lapes: Tant tużak li qasmitek min nofs.
Gomma:Għallinqas mhux dejjem imsakkar ġo armarju bla arja.
Lapes: Għandek punt.
Gomma: Jien dejjem ikolli raġun!
Lapes: mhux veru, qed tigdeb!
Gomma: Le veru.
Lapes: Impossibli dejjem għandek raġun.
Gomma: Mhux dejjem imma meta tiġini tajba.
Lapes: Hekk aħjar.
Gomma: Nixtieq nitolbok maħfra.
Lapes: Dnubietek maħfura u ankie jien nixtieq nietolbok maħfra.
Gomma:Dnubietek maħfura.
Lapes: Ħbieb konna u ħbieb se nibqgħu.
Gomma: Veru, għandek raġun.
Lapes: Biex ngħid il verita' , iddejjaqt Ġo dan il- kexxun bla arja.
Gomma: Jien veru ffortunat il- noħroġ darba jew tnejn fil- ġimgħa.
Lapes: Jien qabadni n- ngħas u se nħallik. saħħa!
Gomma: Jien qabadni ħafna ngħas ukoll. saħħa! Narak għada.