Maltempata kbira li laqtet lil Malta

Jirrapporta : Kaiden Mifsud Caruana


Ilbieraħ, is-Sibt, 20 ta' Jannar, f'ġurnata tipikament xitwija, Malta ġiet maħkuma minn maltempata kbira b'ħafna riħ qawwi, sajjetti u xita qalila li ma waqfet xejn f'erbgħa u għoxrin siegħa.


Ġewwa Wied il-Għajn kien hemm mara anzjana toqgħod viċin tal-baħar. Il-baħar kien imqalleb mhux ħażin u kien hemm ħafna ilma ta' xita għaddej fit-toroq. Għalhekk tgħidx kemm daħlilha ilma ġewwa d-dar tagħha. L-anzjana bdiet tgħajjat għall-għajnuna mit-tieqa ta' fuq għax isfel kien mimli ilma li daħal ġewwa. In-nies ċemplu lill-puliżija u lill-pumpiera. Ftit minuti wara waslu fuq il-post biex jagħtuha l-ewwel għajnuna. Talbuha biex tgħidilhom kemm kien hemm residenti jew annimali ġewwa d-dar biex ikunu ċerti li ħarġu lil kulħadd minn hemm ġew. Wara sigħat twal ta' ħidma l-pumpiera rnexxilhom ibatlula d-dar mill-ilma. Huma qalulha li ma tistax toqgħod għal ħafna ħin ġewwa d-dar minħabba xi ħsarat li ġarbet bl-ammont ta' ilma li kien daħal.


L-anzjana flimkien ma' żewġha, l-kelb u żewġ għasafar kellhom imorru joqogħdu għand xi ħadd tal-familja sakemm jirranġaw id-dar u tkun tajba biex jmorru joqogħdu fiha.

Il-Ħadd, 21 ta' Jannar, 2021



F'dan ir-ritratt tistgħu taraw il-baħar kemm kien imqalleb dakinhar tal-maltempata.