Ġurnata il-baħar
Kien il-Ħadd filgħodu, ġurnata sajfija. Ix-xemx minn filgħodu bdiet tiżreġ. Jien u l-famija tiegħi ddecidejna li mmorru ġurnata sal-baħar. Aħna ippakkjajna l-affarijiet u tlaqna sal-Bajja ta' San Tumas.
Hekk kif wasalna, ħriġna l-affarijiet u għamilna l-krema protettiva tax-xemx. Mingħajr telf ta’ ħin qbiżna għal ġol-baħar. Hekk kif tlajna, lgħabna ftit bir-ramel u wara kilna ħobża biż-żejt li preparatilna ommi. Niżlitilna għasel. Wara erġajna nżilna fil-baħar. Rajna qatgħa ħut iduru ma’ saqajna. Wara li lgħabna ftit ieħor bil-ballun, tlajna biex ninxfu għax kien qed jidlam. Ippakkjajna l-affarijiet kollha u tlaqna lura d-dar.
Għalkemm konnha għajjenin mejta, aħna xorta ħadna ħafna gost. Kemm nixtieq li nerġgħu mmorru ġurnata l-baħar!!!!!!
Jayden Galea
Year 4.1