Serqa f'ħanut tal-ħelu

Darba waħda kien hemm żewġ ħallelin li kien jisimhom Kayleigh u Nathan. Huma ddeċidew li jagħmlu serqa f'ħanut. Sidt il-ħanut kien jisimha Maggie. Is-serqa saret fi Triq in-Nannakola, fil-Pink Store. Il- ġurnata kienet il-Ġimgħa 29 ta' April 2020. Din saret bil-lejl.


Il-ħallelin għamlu pjan biex ma jaqbduhomx. Huma kienu qed iffittxu l-flus u l-mowbajl. Damu biex sabuhom mhux ħażin. Wara nofs siegħa sabu il-flus imma l-mowbajl ma sabuħx. Wara bdew jimxu bil-mod. Wieħed ma rax il-katina u waqa' u għamel ħoss kbir. Maggie ġiet u l-ħallelin friżaw meta raw lil Maġġie. Maggie ċempliet lill-pulizija u wara ħames minuti waslu u arrestawhom.


Il-ħallelin spiċċaw ħażin għax spiċċaw il-ħabs. Huma ndunaw li għamlu xi ħaġa ħazina. Imma xorta ma ħadux it-tagħlima għax din reġgħu għamluha.......