Il-kamra tas-sodda tiegħi
Il-kamra tas-sodda tiegħi hija żgħira. Din hi miżbugħa safra. L-għamara ta' ġol-kamra tas-sodda tiegħi hija ta' lewn ikħal.
Ġol-kamra tiegħi għandi sodda waħda, komodina, gwardarobba u gradenza. Il-kamra tas-sodda tiegħi hija moderna. Bħala kamra hija mdawla ħafna minħabba li għandha tieqa kbira. Matul il-ġurnata minn ġot-tieqa nara s-sema, s-siġar u l-bini tal-ġirien. Fil-waqt li bil-lejl nara d-dawl mixgħul.
Mal-ġenb tal-kamra tas-sodda tiegħi għandi ħafna ġugarelli stivati puliti. Mal-ħajt għandi mwaħlin ħafna jigsaw puzzles tal-karattri ta' Walt Disney li kienet għamlet ommi u n-nannu Ninu kien għamilli l-gwarniċ.
Jiena togħġobni ħafna il-kamra tas-sodda tiegħi.