Djalogu bejn ċikkulata u tuffieħa.






Ċikkulata: Bonġu!


Tuffieħa: Bonġu! Kif inti?


Ċikkulata: Mhux ħażin. Daqsxejn għajjiena imma. U inti?


Tuffieħa: Jiena mimlija enerġija!


Ċikkulata: U iva, anke jien, imma kelli x'nagħmel u issa għajjiena.


Tuffieħa: Mhux ovvja li għajjiena! Dik iċ-ċikkulata kollha!


Ċikkulata: Eee?! M'intix taħseb li int aħjar minni hux!


Tuffieħa: Bil-fors! Jien tuffieħa. Jien frotta friska u fija għandi ħafna

vitamini! Mhux bħalek mimlija zokkor!!


Ċikkulata: Imma jien għandi togħma tajba wisq u kulħadd iħobbni!!


Tuffieħa: Mhux anki jien tajba! Imma jien bnina u tajba ukoll għas-saħħa.

Jien nipproteġi lil min jiekolni mill-mard. Inti x'tagħmel? Tħassar is-

snien. Hekk sew?


Ċikkulata: Veru qed tgħid x'waħda din! Issa allura jiena x'ser nagħmel issa?|

Kemm jien sfortunata!!


Tuffieħa: Tinkwieta xejn! L-importanti li min inħobbok, jiekol minnek bil-qies!