Jien siġra tal- Milied ġdida fjamanta. Għandi zokk qasir u oħxon u friegħi ħodor twal. M'ilux kont qiegħed ġol- foresta mas - siġar l-oħra. Kienu ġranet kesħin ħafna. Wara xahar is-siġar kollha kienu mejtin barra jien. Kont qed nibża li jaqtgħuli z-zokk. Imma ġew il-familja Abela jsalvawni. Is-sur Abela waqqa' zokk u ħadni lura lejn id - dar tiegħu. Użawni bħala siġra tal-Milied. Kont rieqed ħdejn is-sufan u mit- tieqa stajt nara lil borrinu. It-tfal żejnuni bil-boċċi kkuluriti u tant kont sabiħa li għandek bżonn sebgħa għajnejjn biex tarani ! Taħti kelli ħafna rigali kbar u żgħar. Jien naħseb li ħafna rigali huma tat-tfal. Il-ġurnata ta' qabel il Milied il- missier Abela daqq ħafna diski tal-Milied u sajjar pudina tfuħ li kienet se taqsamli qalbi ! Din is-sena naħseb li kelli l-aħjar MIied li qatt kelli! Kont ferħan se ntir!

Jien siġra tal- Milied