Kompli din l-istorja.
Kien il-Ġimgħa tard billejl u ksaħt għalkemm kont mgħotti b' ħafna kutri. Qomt u x' ħin ittawalt mit-tieqa rajt kullimkien abjad miksi silġ. Tgħidx kemm għajjat. Bl-għajjat qajjimt lill-familja tiegħi kollha. Il-ġenituri ġew jiġru fil-kamra tiegħb u staqsewni x'ġarali. Kulħadd baqa' skantat b'li rajna.
Bla telf ta' ħin ħriġna b' ħeffa kbira barra. Magħna ħarġu il-ġirien. Rajna l-karozzi miksijin silġ, is-siġar bla weraq u bojod u t-toroq ma bdewx jidhru bis-silġ. Kulħadd beda jilgħab bis-silġ. Kien hemm min beda jagħmel blalen tas-silġ u jwaddab lil xulxin. Kien hemm min beda jagħmel raġel tas-silġ u żejnuh biz-zunnarija, b kappell u b'xalla. Uħud mill-ġirien qabdu zkuk ta' xkupi biex jiskejzjaw.
Jien u l-familja bdejna nieħdu r-ritratti bħal dawk kollha li ħarġu. Domna naqra barra. Kulħadd beda jifraħ b'dan il-mument u bdejna ingawdu s-silġ kemm nistgħu. Wara kuhħadd reġa' daħal jorqod u filgħodu n-nies baqgħu jitkelmu fuq din l-esperjenza.