K

Il-magna taż-żmien



Kien it-tlieta filgħodu fl-ewwel brejk. Waqt li konna

qed nilagħbu fil-bitħa tal-iskola, għajnejja marru fuq

kaxxa antika imdaħħla ġol-ħajt kollu mgħerri. Ma

domtx ma nnutajt li kienet magna taż-żminijiet.

Il-magna kellha tliet buttuniet ta’ lewn differenti.

Taħt kull buttuna kien hemm imniżżel

‘Passat’, ‘Futur’ u ‘Present’.


Il-kurżita’ għelbitni. Għalhekk għajjatt lil sieħbi biex ninfurmah. Ma ħasibhiex darbtejn Jensen qabadli jdejja u għafas il-buttuna il-ħamra. Aħna sibna ruħna fil-passat. Huwa qalli li sa fl-aħħar qata' xewqtu għax minn dejjem xtaq imur fi żmien in-nanniet biex ikollu esperjenza ta kif kienu jgħixu qabel. Aħna spiċċajna ġo sqaq dejjaq b’ħafna nisa bilqiegħda quddiem id-dar tagħhom ipaċpċu mal-ġirien filwaqt li uliedhom kienu qed jilagħbu flimkien ferħanin. Aħna bdejna naraw lit-tfal jilagħbu noli, passju, dawra durella fost oħrajn. Jiena u Jensen tħajjarna biex nakkumpanjawhom.  Ma domniex biex għamilna ħbieb magħhom. Jiena ħassejtni ferħan ser intir. Qatt ma kelli dik l-esperjenza li nilgħab ma’ dawk it-tfal kollha.


Il-ħin tar u beda jidlam. Kulħadd beda jinġabar ġo daru. Aħna qgħadna induru dak ir-raħal. Bdejna nitgħaxqu naraw lil kebbies tal-fanali jixgħel il-fanali wieħed wieħed. Konna għajjenin mejta għalhekk iddeċidejna li nerġgħu nagħfsu l-buttuna l-blu mill-arloġġ li-ġarrejna magħna biex nirritornaw lura l-iskola. Innutajna li sadanittant il-ħin fil-ħajja normali kien waqaf għalhekk erġajna dħalna fil-klassi biex inkomplu il-lezzjonijiet.


Minn dakinhar 'l hawn, ħajjitna nbidlet ta' taħt fuq. Minn dakinhar bdejna immorru ħafna avventuri sew fill-passat kif ukoll fil-preżent.



Jayden Galea

Yr 5.2