9-11-2020

Ir-robot

Ftit ilu għalaqt għeluq snini u ommi u missieri tawni robot. Jien semmejtha Tina u vvintaha missieri.




Hija twila madwar metru u hi magħmula minn metall stramb ħafna. Għandha rasha kwadra u żaqqha triangolu mimli qlub roża imqabdin ma' wajers. Tina minn ġo jdejha toħroġ foga safra u saqajha imlibsin żarbun ċelesti. Hija mżejna b'ħafna kuluri sbieħ.




Tina taħdem bl-elettriku u dan nafu għax fuqha għandha tabella u hemm miktub elettriku.Din taf tagħmel ħafna affarijiet bħal taħsel,tpenġi u tivvinta xi invenzjonijiet. Għandha programmi biex timxi lura, 'l quddiem u laġenbha.Titkellem wkoll b'lingwi differenti bit-Taljan, bil-Franċiż u bl-iSpanjol. Min-naħa l-oħra Tina ma tantx taf tiżfen.





Jien inħobbha ħafna lil Tina għax tagħmilli kumpanija u tgħinni f'li hemm bżonn. L-unika ħaġa li ddejjaqni f'Tina hi li mhux dejjem tisma' minn dak li ngħidilha. Madanakollu min hu perfett?!