Kevin u d-dragun

Darba waħda kien hemm tifel jismu Kevin. Dan Kevin kien tifel daqsxejn imqareb. Hu ried jara film li mhux tajjeb għalih. Il- mama' qaltlu biex ma jarahx imma hu għamel ta' rasu. Hu qal kemm hu sabiħ imma fil-verita ma kienx!


Kif marru jorqdu Kevin raqad bħall-bumerin. Imma ftit wara hu beda joħlom dwar id-dragun tal-film. Kien qed ikisser il-bini u kiel in-nies. Id-dragun kien qed jiġri fit-toroq. Qabel id-dragun kien joqgħod ġo gaġġa fl-arja. Darba hu ħareġ minnha u mar fil-villaġġ u beda jiekol lin-nies. It tifel qam jiġri u beda jgħajjat, "Mama', papa' ejjew issa...ħa jiekolni". Kevin qabad il-pupu tiegħu bil-biża'. Hu beda jibki. It tifel ħaseb li d-dragun qed jistaħba taħt is-sodda. Hu kien se jmur ħdejn ommu imma ħaseb li jekk imur jieklu.


F'daqqa waħda l-bieb tal-kamra tiegħu beda jinfetaħ. Hu qal li d-dragun ġej għalih. Hu iktar beda jibża! Fortunatament meta nfetaħ il-bieb kienu l-mama' u l-papa'! It-tifel ħa tagħlima li darb'oħra jisma' minn ommu u ma jarax films li mhux tajbin għalih.