Il-Persuna favorita tiegħi.
Il-persuna favorita tiegħi hija Grace Mulgrew. Din hija persuna famuża. Grace toqgħod Melbourne fl-Awstralja.
Grace għandha wiċċha tond, għajnejha kannella, u hi ta' karnaġġjon ċar. Hija għandha xagħarha twil, lixx u kannella. Grace għandha ħmistax-il sena u hija tfajla ferriħija. Hija tħobb tara lit-tfal ferħanin. Grace hija studenta u fil-ħin liberu tagħha tagħmel il-vidjows fuq Youtube. L-aktar ħaġa favorita li tagħmel hija il-vidjows ta' Barbie u Ken fid-dar tagħhom.
L-iktar ħaġa li nammira fiha hija li hi kunfidenti u ma tistħix quddiem il-kamera. La nikber jien nixtieq insir bħal Grace.