Reliġjon
Jien għamilt ġest sabiħ għan-nanna tiegħi li jisimha Connie.
Bħalissa in-nanna qiegħda tuġaha saqajha u jiena iddeċidejt li ntiha kartolina sabiħa ħalli tifraħ biha u tħossa aħjar. Waqt il-vaganzi bdejt immur ukoll ngħinha tnaddaf id-dar u insaqqielha l qsari.
Jiena iddeċidejt li ntiha kartolina għax in-nanna tħobb iżżejjen id-dar u bdejt ngħinha fil-ġnien ħalli ma tbatix b'saqajha u jkollha altar ħin għal mistrieħ.
Il-kartolina qadt inpenġiha id-dar waqt il-ħin liberu tiegħi. Fuqha penġejt il-kliem "Inħobbok Nanna". Penġejtha b'ħafna kuluri sbieħ.
Fil-ġnien jiena u n-nanna saqqejna l-pjanti u bidielna l-kontenituri tal-pjanti biex kabbarnihom ħalli jikbru aħjar u mħux mafġien.
Waqt li bdejt ngħin in-nanna ħassejtni kburi u ferħan għax bdejt ngħin lil xi ħadd fil-bżonn. In-nanna dehret ferħana ħafna li kellha lili magħha għax bdiet tidħak u tgħidli "grazzi".
Xħin mort id-dar wara ħassejtni kburi biha innifsi u ferħan għax għamilt lin-nanna kuntenta. Jiena ferraħtha naqa u urejtha rispett ta' kemm tagħmel affarijiet miegħi matul is-sena.
Jiena tgħallimt li meta xi ħadd ikun fil-bżonn irridu ngħinuh u nurih imaħabba kif għallimna Gesu.