x'ġurnata dik!



Għażiż djarju,



Ilum ġurnata speċjali għax mort il-bandli. Konna jien, ommi, missieri, oħti u l-klieb. Kien is-Sibt waranofsinhar.



Bdejt nilgħab fuq iż-żurżieqa. Domt indur, ninżel u nerġa' nitla'. Fl-aħħar għajjejt u bdejt nitbandal fuq il-bandla. Mort 'il fuq kemm stajt imbagħad neħħejt idejja u boooom!! Mal-art. Ommi ma kinitx hemm għax kienet qed iċċempel fil-karozza. Anka' missieri, u oħti ma tatx kas. Bdejt ngħajjat għall- għaj nuna, imma kien kollu għal xejn. Jien bdejt inħossni mwerwra!!!!!!! Fl-aħħar oħti telgħet fuq nett u ratni mal-art imma ma kinitx taf x'se taqbad tagħmel!!!! Fl-aħħar ġietha l-idea li tmur tgħid lill-ġenituri. Peres li jħobbni ħafna l-kelb ġie jgħini imma l-oħrajn ma tanx iħobbuni. Xorta ġew imma. Kienu waslu anke' ommi u missieri.


Il-ġurnata spicatt b' wiċċ il-ġid u ħassejtni naqra imbeżża' għax għadtilhom x'għamilt biex waqgħajt. Nittama li qatt ma jkolli ġurnata kerha bħal ma kelli llum.


Dejjem tiegħek,

Yela

ħ