Kien il-Ġimgħa tard billejl u ksaħt għalkemm kont mgħotti b'ħafna kutri. Qomt u x'ħin ittawalt mit-tieqa rajt kullimkien abjad miksi silġ.


Indunajt li kont qiegħed għand iz-zija l-Ingilterra, fejn fi żminijiet tax-xitwa l-iktar li tinżel it-temperatura.



Ħadt l-opportunita' biex nilbes il-ġakketa u noħroġ nagħmel raġel tas-silġ. Ma tantx domt għax kont ħa mmut bil-kesħa u s-swaba ħassejthom ħa jaqgħuli. Mort niġri nfittex naħsel idejja b' daqsxejn ilma sħun u ilbist par ingwanti ħa nsaħħan daqsxejn is-swaba.


Iz-zija li hija mdorrija f'dan it-temp infexxet tidħaq bija u marret iġġibli gverta u 'heater'.


Kien beħsibna noħrġu biex immoru naraw il-post iżda tant kien nieżel silġ li lanqas stajna nimxu. Għalhekk iddeċidejna li noqogħdu naraw film u nieħdu belgħa te' sħuna flimkien.


Ikolli ngħid ma hawnx aħjar minn Malta għax hemmhekk ma jkollniex dan is-silġ kollu li jsakkarna ġewwa. Għal ftit

ranet ħadt pjaċir bih imma ħassejt ħafna u ħafna bard!