Il-Kitba-Inżomm Djarju
Is-Sibt: 21 ta' Ottubru
Ghażiż Djarju,
Filgħodu kelli logħba kontra San Ġwann. Sfortunatament tlifna b' erba' gowls. Imma fl-aħħar mill-aħħar aħna konna aħjar minnhom. Wara l-logħba morna għand in-nanna. Bhal dejjem l-ikel tan-nanna m' hawnx bħalu. Allovolja kelli n-ngħas, xorta waħda morna nieklu barra. Imma l-ikel kien kollu moqli u kellu togħma li ma tantx għoġbitni.
Il-Ħadd: 22 ta' Ottubru
Għażiż Djarju,
Filgħodu morna ngħumu Wied il-Għajn (Ir-Ramla) ħdejn il-blat. Bħas-soltu qbadna xi ftit granċijiet u ħuta, imma fl-aħħar kollox ħarrabna. Wara li nħsilt, għent lill-mama` biex issajjar. Aħna sajjarna patata il-forn bil-majjal. Wara kollox kelli ftit mix-xogħol tal-iskola u lestejtu f' kemm ilni ngħidlek.