Inċident il-bandli


Kienet is-Sibt filgħodu, ġurnata sabiħa u xemxija. Mia u l-kuġin tagħha Max iddeċidew li jmorru sal- bandli ta' Marsaxlokk li kien viċin id-dar tagħom. Luca. Luca mar jilgħab magħom. Mia, Max u Luca kienu qed jiżżerżqu. F'daqqa waħda raw tifel żgħir jibki u marru jistaqsuh x' kien ġaralu. Ben qalilhom li kien tilef il-qattusa. It-tfal marru jgħinuh ifittex il-qattusa imma mkien ma kienet tidher. F'ħin minnhom jara lil oħtu Diana tiġri b'qattusa sewda faħma f'idejha. Ben kien se jtir bil-ferħ! It-tfal qagħdu jilagħbu mal-qattusa u ħassewhom fis-seba' sema. Xħin marru lura d-dar irrakuntaw x'kien ġara lill-ġenituri tagħhom.