Vjaġġ fuq tal-linja
Ġimgħa ilu mort dawra fuq tal-linja ma' ommi. Ma kinetx mimlija, imma jiena w ommi qgħadna fuq wara. Kont mehdija mal-affarijiet tiegħi. Ghall-ħabta tas-sitta tlaqna mill-Belt Valletta.
Kien hemm ftit nies allura kienet kważi vojta. Kien hemm raġel ibati b'għajnejh u kellu bastun abjad biex jimxi. Kien hemm mara li kellha tarbija li bdiet tibki ħafna, u mara oħra li kienet tqila u bdiet tbati biex timxi. L-aħħar persuna kien raġel xiħ li jimxi bil-mod.
Ir-raġel ix-xiħ kien tela' fit- tielet waqfa. In-nies bdew iparlaw jgħidu li kien hemm riħa tinten qisu kien hemm ġurdien mejjet. Wara tela' r-raġel bil-bastun abjad. Fis-seba' waqfa telgħet mara b' tarbija f'idha.
Jiena daqs kemm stħajt ma kellimt lil ħadd u ma kellimni ħadd xorta.
Jiena ħassejtni stramba fuq tal-linja. Ħadd ma kien sensittiv. Inżiljna minn tal-linja fil-waqfa taż-Żejtun u mxejna lejn d-dar.