Il-Monstru l-aħdar

Darba waħda kien hemm tifel jismu Kaiden. Dan kien qed jara film tal-kbar u tal-biża'. Wara li spiċċa l-film Kaiden mar jorqod għax kien sar il-ħin.



Wara ftit Kaiden beda joħlom fuq il-film li kien għadu kif ra. Il-film kien fuq monstru aħdar. Dan il-monstru kien kattiv u beda jwaqqa' il-bini kif ukoll joqtol lin-nies. Meta n-nies raw lill-monstru joqtol u jwaqqa' il-bini tgħidx kemm ġrew u bdew jgħajjtu għal għajnuna. Dan il-monstru f'għaxar minuti kien ġa qatel mitt persuna. F'ġurnata qatel madwar elf u ħames mitt persuna. Dan il-monstru qaleb lil Malta ta' taħt fuq. Il-monstru kien tassew ikrah. Huwa kien isfar u aħdar. Kellu snien ippuntati u par għajnejn kbar. Kaiden qam għarqan xraba jgħajjat u jwerżaq u qajjem Malta bit-twerżieq tiegħu!



Ommu u missieru marru jaraw xi ġralu u Kaiden qalilhom li ħolom fuq il-film li ra l-ġurnata ta' qabel. "Issa qed niiibbbżżgħaaa ħafna!!" qal b'leħen għoli. Minn din l- istorja nitgħallmu li m'għandniex naraw films li ma jkunux tal-eta' tagħna.