Kull meta niftakar fil-bawxata li għaddejt minnha,

ħalqi jerġa' jiċċarrat bid-daħk.

Darba waħda, jien u l-familja tiegħi morna għand in-nanna tard fil-għaxija. Wara ftit kilna, imma f'daqqa waħda smajna ħoss stramb. Aħna ħsibna li kien ħoss normali. Il-klieb bdew jilagħbu bħas-soltu imma raw xi ħaġa u bdew jinħbu.

Wara ftit minuti oħra erġajna smajna dak il-ħoss stramb u għalhekk morna naraw x'ġara. Aħna ma rajna xejn u komplejna nieklu u nilagħbu. Kif lestejna, in-nanna tfiet id-dawl warajna. Il-ħoss bqajna nisimgħuh kull tant ħin u issa kien donnu ġej mill-kċina. Aħna bdejna nibżgħu xi ftit imma komplejna qisu qatt ma ġara xejn. Kulħadd beda jiddejjaq u allura morna nerġgħu nittawwlu fil-kċina, fil-kamra tal-banju kif ukoll fil-kamra tan-nanniet ...u ma kien hemm xejn!


Imma fil-kamra l-ispare, in-nanna ħarset taħt is-sodda u bellatilna li hemm ħalliel! Kulħadd jippanikja u jibża'...u n-nanna tidħaq! Kien in-nannu biex jiċċajta ftit. Meta niftakar f'din il-bawxata jien nerġa' nidħak għax niftakar f'wiċċ in-nanna hi u tidħak bina!