19, Triq il-baskett
Siġġiewi
SĠW 9940
Kunsill tas-Siġġiewi
Triq San Nikola
Siġġiewi
SĠW 4871
Il-Ġimgħa 17 ta' Ġunju 2021
Għażiż Sindku,
Qiegħda niktblek għax xtaqt nilmenta dwar trakk tad-donuts li qed jiġi jbiegħ id-donuts u qed jħammeġ it-triq kollha.
Min ħabba dan tad-donuts in-nies joqogħdu jarmu l-karti tad-donuts mal-art. Tad-donuts joqgħod jarmi ċukkulata, ġamm u anki donuts żejda mal-art imma l-għar meta jarmi iż-żejt fil-parapett tiegħi. Taf kemm il-darba żlaqt fih! Għas kas tal-iskipp tan-naħa l-oħra tat-triq. Dejjem fin-nofs.
Bħala soluzzjoni tista' tibgħat naqra nies apposta biex jiġu jnadfu it-triq u jekk jogħġbok tista' tkellem lil tad-donuts biex hu l-ewwel jieqaf jħammeġ u jgħid l-istess lil dawk li jixtru mingħandu.
Nispera li tieħdu azzjoni malajr u qed nistenna risposta.
Mingħand,
Jaimee Cauchi