Kitba ta’ ittra formali

Ikteb ittra lis- Sindku tar-raħal tiegħek biex tilmenta dwar l-ambjent maħmuġ li ħanut tal-ikel fi triq tiegħek qed iħalli. Għidlu dwar il-ħsara li qed ikun hemm, kif ukoll x'soluzjoni jista' jipprovdi sid il-ħanut.


71, Triq il-ballun

Ħal Qormi

QRM 1601


Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi,

Triq l-Għalliema,

Ħal Qormi

QRM 1600


It- Tlieta, 12 ta' Jannar 2021.


Għażiż Sindku,


Qiegħda niktiblek għaliex xtaqt nilmenta dwar il-ħmieġ u l-iskart kollu li qed iħalli

il-vann tal-pizza, il-Vann ta' Toni, li jinsab fit-triq tagħna.


Huwa qed jħalli lil-klijenti tiegħu jieklu fuq il-bankini u fuq it-turgien tiegħi u ta'

ħadd iktar. Apparti minn hekk, wara li jieklu qegħdin iħallu l-iskart kollu

warajhom, bħall- karti, kaxxi tal-pizza, bottijiet u fliexken vojta, frieket u skieken

fost oħrajn. B'detriment għas-saħħa tiegħi u ta' uliedi, dan qed iġib ħafna dubbien

ġrieden u mard u għal daqshekk qed nitlob li dan jiġi mwaqqaf. Soluzzjonijiet

possibbli jinkludu, illi dan jiġi mwissi sabiex iġib nies apposta li jnaddfu wara

il-ġurnata tiegħu, jġib aktar laned taż-żibel jew iġib skips addattati għal ammont ta'

skart li jħalli warajh dan il-vann. Ukoll nixtieq inżid li l-ammont ta' żejt li qed

jinstab quddiem il-bieb tiegħi huwa redikolu. Dan jista' jkun ta' perikolu għal kull min jgħaddi minn hemm.


Qed nistenna azzjoni minnufih mill-kunsill u risposta.


Nirringrazzjak bil-quddiem,


Mackenzie Cauchi.