Ktieb li ħadt gost naqra

Jien inħobb naqra. Il-ġenituri tiegħi ġieli jixtruli xi ktieb. Xi drabi nissellef xi kotba mill-librerija tar-raħal ukoll. Darba qrajt ktieb li għoġobni ħafna.


Dan il-ktieb bdejt naqrah meta kont iżgħar u minn dik il-ġurnata sar il-ktieb favorit tiegħi. Il-ktieb jismu 'Lupu Luppettu jipprova l-kuluri'. Lupu beda jipprova jibdel il-kuluri għax idejjaq iswed. Beda jipprova l-kulur blu billi daħal ġo l-ilma friżat bis-silġ u tgħidx kemm beda jterter snienu bil-bard li beda jħoss. Prova jiġi kulur roża bir-rix. Prova jiġi kannella billi mar fil-ħmieġ tal-ħnieżer. Kull kulur li prova beda jħares ġol-mera biex jara jekk jixraqlux imma l-ebda kulur ma beda jogħġbu. Il-lupu prova l-kuluri kollha li jezistu. Ma kinitx faċli għal Lupu avolja x-xewqa tiegħu kienet li jbiddel il-kulur imma ma sabx wieħed li jixraqlu.


Fl-aħħar il-lupu ddeċieda li jibqa' iswed la darba kien prova l-kuluri kollha u baqa' ma għoġbu l-ebda kulur. "Iswed m'hawnx isbaħ minnu," spiċċa jgħid.