Ġurnata fil-kampanja
Il-bieraħ mort ġurnata fil-kampanija,Ta'Qali. Jiena mort mal-ġenituri, ma' ħuti, maz-zijiet u man-nanniet. Magħna ħadna ħafna ikel sustanzjuż bħal ħobż bil-froġa, frott, pakketti u ilma biex nixorbu. Ħadna wkoll mejda, siġġijiet, ballun ikkulurit u karti tal-logħob.
Malli wasalna Ta' Qali, armajna l-mejda u s-siġġijiet taħt is-siġar għad-dell. Imbagħad qgħadt nilgħab bil-ballun ma' ħuti. Ftit wara qabadna l-ġuħ u kilna biċċa ħobż. Niżlitli għasel! Wara mort mixja man-nannu. Bdejna nesploraw l-ambjent. Rajna ħafna siġar u fjuri kkuluriti. X'ħin konna mixjin, xammejna riħa tfuħ tal-ħaxix kif ukoll smajna ż-żnażan iżanżnu. Irnexxieli mmiss farfett li kien fuq fjura bajda. Fuq siġra minnhom rajna pitirross ċkejken. Tgħidx kemm beda jgħanni sabiħ! Wara l-mixja lgħabt logħba karti maz-zijiet. Tgħidx kemm dħakna! Għal-ħabta tal-ħamsa morna lura d-dar.
Fl-aħħar tal-ġurnata kont għajjien mejjet imma fl-istess ħin kont kuntent ukoll għax qattajt ġurnata mill-aqwa!