17/2/2021
Għażiż djarju,
ili ma niktiblek naqra. Nixtieq ngħidlek dwar it-tnejn. It-Tnejn kienu ġejjin il-ħbieb jorqodu għandna. Meta qomt jien qam ħija u meta qam ħija qamu ommi u oħti. Oħti kellha l-iskola allura ħadniha. Imma ma riditx tmur għax kienet taf li ġejjin il-ħbieb. Bdiet tibki u twerżaq, imma flaħħar daħlet. Jiena, ħija u ommi morna nagħmlu naqra qadi.
Wara l-qadi kelna l-ġuħ allura morna il-"Burger King". Kien ħin biex niġbru lil oħti mill-iskola. Malli ġbarniha morna dritt id-dar. Iddeċidejt biex nagħmel kejk, imma ma kelniex dqiq allura ommi kellh tmur tixtri.
Wara li lestejt il-kejk waslu l-ħbieb. Il-ħbieb ġabuli kejk taċ-ċikkulata. kelna kejk tal-vanilla u kejk taċ-ċikkulata. Għal l-ikla ta' filgħaxija ħadna soppa sħuna, li kienet għamlet il-mama'. Wara ntfajna fuq is-sufan naraw film. Meta lestejnieh morna ninħaslu. Għamilna bela te u ħadna biċċa kejk jew tnejn. Tlaqna fis-sodda biex norqdu, tkellimna naqra u malajr marret għajna bina.
Dejjem tiegħek,
Jaimee Cauchi