10, Highland View,

Triq l-Artillieri, Marsaskala.

16-4-2021

Għażiża mama',


Kif inti ma? Kif qed tħossok f'din il-ġurnata speċjali? Eċitata jew?? Nixtieq nawguralek l-isbaħ Jum l-Omm li qatt kellek!!! Ma, jien inħobbok ħafna!!! F'din il-ġurnata nixtieq li tinduna kemm inħobbok minn qalbi għax inti tagħmel kollox għalija.



Qed niktiblek din ittra għax irid ngħidlek grazzi ta' kollox li tagħmilli u għax inħobbok ħafna. Grazzi talli tieħu dik il-paċenzja kollha meta naqla' ħafna ġuġarreli u mbarazz jew meta nħammeġ!!!!!! Skużani!!! Grazzi ta' meta kollok in-nagħas imma xorta ssajjarli u tagħmili l-'lunch''. Jien verament napprezza dan kollu, speċjalment meta nsib kollox lest!!! Inti qatt ma tħallini nieqsa minn xejn, bħal per ezempju, il-kamra ġdida li qed tagħmluli!!! Inti tfisser ħafna għalija għax kieku ma teżestix, jien ma nkun xejn mingħarek. 😊


Jien dik il-ġurnata ta' Jum l-Omm ser nagħmilek ''breakfast in bed'' u ser nagħtik rigal minn qalbi!!! Imma l-aktar ħaġa li ser inwiegħdek hija li noqgħod brava kemm nista'!!!!!!!


Bintek,

Kayleigh

INĦOBBOK!!