Il-Milied magħna.



Il-Milied jiġi fil-ħamsa u għoxrin ta' Diċembru. Din is-sena l-Milied ser ikun il-Ħadd. Il-Milied hija festa li fiha niċċelebraw it-twelid ta' Ġesu'. Ġesu' twieled f'għar ġo Betlehem, aktar minn elfejn sena ilu.


Nibdew nippreparaw minn qabel biex ma jkollniex ġenn. L-ewwel innadfu d-dar, imbagħad inżejnu s-siġra, il-kċina, narmaw il-presepju, niżirgħu l-ġulbiena u nsajru l-ħelu tradizzjonali tal-Milied. Nibdew naħsbu biex nixtru r-rigali għall-familja u għall-ħbieb.


Lejliet il-Milied filgħodu mmorru nixtru l-aħħar rigali li jkun fadlilna. Nibdew insajru xi ikel bil-lest għall-ikla tal-Milied. Filgħaxija mmorru l-purċissjoni bil-Bambin madwar it-toroq tar-raħal. Wara l-purċissjoni tal-Bambin immorru l-quddiesa ta' nofsilejl. F'din il-quddiesa jaqbadni n-ngħas għaliex hija ħafna itwal minn tas-soltu.


F'jum il-Milied nbakkar kmieni ħalli niftaħ ir-rigali tal-Milied li nkun qlajt. Ftit ħin wara, nibdew nipreparaw għall-pranzu. Jiġu z-zijiet, in-nanniet u l-kuġini. Wara l-pranzu, immorru nżuru xi nies tal-familja li ma setgħux jiġu għall-pranzu, u iktar tard immorru nżuru xi presepji madwar Malta .


Il-Milied inħobbu ħafna għaliex hija festa li niccelebraw l-għaqda u l-paċi li ġabilna miegħu Ġesu' Bambin.






























































e.