Annimali li għandna d-dar
Ħellow! Jien ħa nitkellem fuq il-kelba tiegħi ! Jiena nħobbhom l-annimali għax huma
ħelwin immens .Jien ukoll għandi annimal u l-annimal tiegħi hija kelba u jisima Sandy.
Għandha tliet snin u daqt ħa tagħlaq erbgħa.
Lil sandy tawhieli bħala rigal . Issa kibret u ġiet ubbidjenti . Meta xxomm l-ikel tiġi
tiġri daqs għażżiela! Il-kulur tal-pil tagħha huwa kannella skur u abjad. Meta taraha
tinduna li hi ftit ħoxna. Hi mhix kbira ħafna.
Sandy tħobb toqod fuq is-sufan ħdejn missieri .Imma xorta tiġi ħdejja fuq is-sodda.
Tħobb torqod fuq is-sufan imma bil-lejl tiġi fuq is-sodda biex torqod ħdejna.
Jien nieħu ħsiebha wkoll .Inbidlilha l-ħarqa ,naħsilha u nagħtiha tiekol u tixrob.
Meta tkun ma tiflaħx noħduha għand il-veterinarju.