Jien Triq ir-Repubblika.
Jien ħafna kuntent, kuntent b'ismi u tant għamdi toroq li ma nistax niftakarhom kollha. Jien naħseb li l-isbaħ triq għax fil-Milied ikolli ħafna dwal u nkun ħafna mżejna b'affarijiet ohra.
Ma jkun hemm xejn nies filgħodu imma wara nofsinhar jaqbdu jirrankaw in-nies. Filghaxija jkun hemm ammont kbir ta' nies li ma tistax tghoddhom. In-nies jgħaddu minn fuqi għax ninfed għal kull triq u nasal sa ħdejn il-baħar.
In-nies ikunu sejrin jieklu f'xi 'restaurant' jew il-Mcdonalds bit-tfal. Uħud minnhom ikunu sejrin il-baħar jew jixtru xi ħwejjeġ minn ħafna ħwienet li jinsabu fija. M'hemmx bini partikolari għal qalbi għax kollox joġobni. L-unika bini li jdejjaqni huwa l-qorti għax jiġu ħafna pulizija u anki nies bil-manetti.
Bil-lejl nidher kollni dawl sabiħ u ħiemda u solitarja. Nies ma tantx jibqa', xi erbgħa jiġru l'hemm u l'hawn. Bil-lejl inadfuni u jdumu tul twil ta' ħin. Meta nkun fis-skiet nibda' naħseb kemm jien twila u kemm inkun sabiħa bil-lejl.
M'għandiex preferenzi ta' ġranet matul is-sena imma l-iktar il-Ħarifa għax toħroġ iktar ix-xemx. Joġobni ħafna ismi u m'għandiex ħsieb li nbiddlu biex nibqa' l-iktar triq popolari ġewwa il-Belt.