Is-Sibt, 28 ta' Deċembru, 2018


Maltempata kbira laqtet lil Malta

Tirrapporta: Alaya Al Hasan


Kien il-Ġimgħa filgħodu għal xi s-sitta meta maltempata kbira laqtet lil Malta. Il-maltempata damet ġurnata sħiħa.


Birkirkara għerqet bl-ilma li niżel u ħafna mill-karozzi waqfu f'nofs tat-triq u spiċċaw abbandunati. Ħafna skejjel ma fetħux u l-istudenti kellhom joqogħdu d-dar minħabba l-periklu fit-toroq. Kien hemm ħafna nies li weġġgħu imma ħadd m'hu fil-periklu tal-mewt. Waqgħu ħafna siġar, kif ukoll saqaf ta' dar. Fortunatament it-tliet persuni li kienu jgħixu fiha ħarġu fil-ħin u ma ġralhom xejn.


Tkellimna mas-Sur Borġ li qal li qatt ma ra maltempata bħal din. Il-Protezzjoni Ċivili u l-pulizija qed javżaw biex in-nies joqogħdu d-dar u ma joħorġux jekk mhux għall-bżonn għax fit-toroq għad hemm ħafna ilmijiet u periklu minħabba s-siġar li waqgħu.