Vjaġġ fuq tal-linja
Il-Ħadd li għadda mort il-Belt mal-familja tiegħi u allura morna b'tal-linja. Aħna konna bilqegħda fil-bidu u tgħidx kemm ħadt gost inħares lejn barra t-triq. kien wara nofsinhar u kienet ġurnata xemxija.
Kien hemm folla nies fuq tal- linja, irġiel, xjuħ, nisa, il- familja tiegħi u x-xufier. Kien hemm ħafna kliem fil-widnejn u vera beda jittikani imma m'hemmx x'tagħmel. Kien hemm ħafna rwejjaħ ta' fwieħa kif ukoll ikel.
Telgħet familja oħra u raġel nieqes mid-dawl. Jien u ħija ċedejna l-post mar-raġel nieqes mid-dawl għax thassarnih joqgħod bil-wieqfa u għentu jpoġġi sew. Kellimt naqa nies imma stħejt naqa.
Ħasejtni tajjeb ħafna imma kont naqa imdejjaq
minħabba r-raġel nieqes mid-dawl imma l-aqwa li għadda kollox sew.
Il-vjaġġ għall-Belt kompla. Ta' warajja beda jagħti s-sit
.
Jien għitlu biex jieqaf imma kompla, imbaghad issuppervjajt u nqalgħet ġlieda. Kieku ma kienx ħija ma nafx x'kien jiġri li ma kkalmaniex.
Ix-xufier qal lil dak ir-raġel biex jinżel għax kien se jkompli jiġġieled.
Fl-aħħar wasalna l-Belt u kont kuntent li għadda kollox b'wiċċ il-ġid.