"Kull meta niftakar fil-bawxata li għaddejt minnha, ħalqi jerġa' jiċċarrat bid-daħk!''


Kien is-Sibt filgħaxija meta bħas-soltu konna mistednin għand iz-zija. Kien hemm il-kuġina li kellha kelba ħelwa.


Il-kelba tal-kuġina kienet imqarba ħafna. Waqt li konna qed nieklu l-kelba li isimha huwa Rosa, ħadet il-karkura tal-mama'. Il-mama' ġriet ġirja warajha għax ħaditilha l-karkura. Baqgħet tiġri warajha sal-kamra tas-sodda. Il-kelba telgħet fuq is-sodda bil-karkura f'ħalqa. Il-mama' qabżet fuq is-sodda taz-zija u fil-pront is-sodda taz-zija sfrundat bil-mama' b'kollox!


Jien u l-kuġina morna naraw x'ġara u rajna lill-mama' rasha 'l isfel u saqajha 'l fuq! Ma stajniex nieqfu nidħqu. Kien mument tad-daħk u meta nerġa' niftakar fih veru nidħak!