Il-kamra tas-sodda tiegħi


Il-kamra tiegħi hija kbira ħafna u mdawla għax għandha tieqa. Mit-tieqa nista' nara d-djar ta' faċċata, xi siġar u t-triq. Fil-kamra tiegħi għandi ħafna kotba u nipprova naqra ftit kuljum. L-għamara hi moderna u hemm żewġ sodod, żewġ komodini, gwardarobba kbira, gradenza, skrivanija u banketta. Mal-ħajt hemm xi inkwatri bil-jigsaw puzzles li għamilna jien u ommi. Hemm ukoll erba' xkafef li fuqhom inżomm il-ġugarelli favoriti tiegħi u l-krafts li nagħmel l-iskola u d-dar.


Jiena fil-kamra norqod waħdi u għalhekk nixtieq li kieku kelli televiżjoni. L-iktar ħaġa li nħobb fil-kamra tiegħi hija mappa tad-dinja li għandi mwaħħla mas-sodda tiegħi. Qabel norqod noqgħod inħares lejha u nara fejn qegħdin il-pajjiżi.





112