Il-Plajer favorit tiegħi.
Il-plajer favorit tiegħi huwa Cristiano Ronaldo.Ronaldo
twieled ġewwa il-Portugal,fl-elf disa' mija u ħamsa u
tmenin.Ronaldo kellu trobbija fqira ħafna, pero huwa
kellu ħolma li isir plejer tal-futbol.
Wara ħafna sagrifiċċji il-ħolma tiegħu bdiet issir realtà
meta mar jilgħab ma' Sporting Lisbon. Il-ħolma ta'
Ronaldo ma' waqfitx hemm għax wara ftit snin huwa
mar jilgħab mal-Klabb famuż ta' Manchester United.
Min hemm il-quddiem il-karriera tiegħu baqgħet sejra
il-quddiem,fejn saħansitra rebaħ kull unur li joffri I-
futbol. Fl-2008 Ronaldo ingħaqad mal-klabb kbir ta'
Real Madrid. Fl-għaxar snin li għamel magħhom reġa'
rebaħ l-unuri kollha li joffri il-futbol.
Huwa mar jilgħab ma' Juventus u wara għamel ir-ritorn
tiegħu mal-Klabb li tant iħobb ta' Manchester United.
Ronaldo huwa ta' eżempju għat-tfal għax b' ħafna
sagrifiċċji rnexxielu jagħmel karriera brillanti.