Dakinhar li Ntlift
Tintilef hija xi ħaġa kerha u tal-biża mma meta ġrat lili kienet wisq kerha.
Darba ommi qaltli biex immoru sal- belt għax kien hemm il-logħob tradizzjonali
tal- Maltin.Kien hemm logħob u attivitajiet oħra. Tista' tgħid minn kollox kien
hemm,jiena bdejt naqbeż u nifraħ biex immorru f'dawn il-logħob.Umbagħad
rajna l-ħabiba ta' ommi Maria,ommi qabdet tparla magħha. Jien ma stajtx nissaporti
iżjed. Jiena staqsejtha biex immur nilghab xi loghob sakemm ommi titkellem ma' Maria.
Ommi aċċettat, l-ewwel loghba li mort hija l-passju. Wara ftit ħarist lura biex nara jekk ghadhiex
titkellem ma ' Marija imma ma kinitx hemm!
Diġa kont bdejt nippanikja, x'kont sa naqbad naghmel? Mort insib xi pulizija jew xi għassa
tal-pulizija imma ma sibtx. Pruvajt insib xi ħanut miftuħ imma ma sibtx ghax kienet festa.
Erġajt bdejt ninkwieta u nara x'se nagħmel. Umbaghad ġiet mara ħdejja li ndunajt li hija Maria.
Maria qaltli li ommi marret tfittixni. Maria ħaditni ħdejn ommi. Kemm fraħt u ħadt ir-ruħ.
Dak il-lejl ma rqadtx sew imma mil-lum il-quddiem dejjem noqgħod vicin ommi jew missieri u
qatt ma naħrabilhom!