'Maple Leaf'

Triq San Nikola,

Wied Il-Għajn.

16 ta' April, 2021









Għażiża ommi,


Nispera li tinsab tajba. Jien qed niktiblek din l-ittra biex ngħidlek grazzi ta' kull ma tagħmel miegħi.


Napprezza li meta nkun irrid nixtri xi ħaġa tħallini u meta ma tkunx tista' dik il-ġurnata tixtrili darb'oħra. Per eżempju meta ridt nixtri l-'v bucks' u l-islipper tal-Fila ma ridx dakinhar imma xorta xtrajthomli wara meta stajt. Jew inkella meta nkun irrid noħroġ bir-rota mal-ħabib tiegħi u tgħidli 'ok' u teħodni. Issa nixtieq ngħidlek grazzi ta' kollox u grazzi talli ġibtni fid-dinja. Naf li batejt ħafna għalija. Nispera li jkollok ġurnata tajba. Inħobbok immens għażiża ommi.


Issa jien ser nwiegħdek li nagħmel sagrifiċċju li ma nitolbokx ħafna affarijiet il-ħin kollu, avolja naf li inti dejjem tipprova tikkuntentani. Int għalija tfisser id-dinja għax għandek qalbek tad-deheb.


Mingħand l-għażiż ibnek,

Kaiden :) xxx