Posti fil-presepju





Jiena pastur ta' baqra. Fil-presepju posti huwa fuq wara tal-maxtura li fuqha hemm Ġesu Bambin. Ix-xogħol tiegħi hu li nżomm is-sħana ġewwa l-grotta u nagħtihom il-ħalib.


Jiena pastur ġdid tal-ġibs. Il-familja Abdilla xtratni minn fuq il-monti tal-Belt Valletta. Il-presepju jarmawh fis-salott. Lili jpoġguni fuq wara tal-grotta biex insaħħan lill-Bambin Ġesu. L-isbaħ ġurnata fil-ħajja tiegħi huwa l-Jum tal-Milied, għax fih twieled Ġesu', ir-Re tar-Rejiet.


Wara l-Milied, ipoġġuni f'kaxxa mudlama fil-garaxx ta' din il-familja. Jien inħossni kburija li kont qrib ta' Ġesu' imma meta jgħaddi l-Milied inħossni xi ftit imdejqa. Jien noqgħod nistenna ħerqana l-jum tal-Milied tas-sena d-dieħla.