Nofs kutra
Fil-familja ta' David kien hemm il-mara tiegħu Emily, binthom Miriam u missieru Ġużeppi. Dan kien anzjan jgħix magħhom fid-dar. David u Ġużeppi kienu jaħdmu flimkien. Xogħolhom kien li jaqtgħu s-siġar. Kienu familja fqira u ta' spiss kienu jbatu l-ġuħ.
Xogħol David kien ta' tbatija speċjalment li issa missieru Ġużeppi kien xjaħ u ma setgħax jgħinu aktar fix-xogħol. Ix-xiħ Ġużeppi kien ta' piż żejjed għal David imma għal Miriam, in-nannu Ġużeppi, kien il-mimmi t'għajnejha. L-hena tagħha tisma' lin-nannu jaqralha l-istejjer quddiem il-fireplace.
David u Ġużeppi kienu jiġġieldu ta' spiss. Ġużeppi kien iħossu li mhux apprezzat fid-dar u ddeċieda jitlaq. Għalhekk David talab lil Miriam biex iġġiblu kutra ħa joħodha miegħu. Din ta' tifla intelliġenti marret u tat nofs kutra lin-nannu Ġużeppi. Meta staqsewha għaliex għamlet hekk din qaltilhom li se żżomm in-nofs tal-kutra biex meta missierha David jixjieħ u jitlaq tagħtiha lilu!
Hawnhekk indunaw li qed jiżbaljaw u ddeċidew li jagħmlu paċi. Kemm kienu ferħanin bħala familja magħquda!
Abigail Magro year5.5