Il-Ħolma ta' Dunstan


Dunstan ra film dwar dragun. Kien film tal-biża'. Wara li ra l-film raqad għax ħassu bi ngħas.


It-tifel raqad raqda fil-fond u ħolom ħolma tal-biża'. Ħolom fuq dragun, aħdar u kbir. Kien kbir u tal-waħx, kellu par qrun ħomor nar u bil-ponta. Huwa kien aħdar ħaxix u kellu par ġwienaħ sofor lellux. Id-dragun fetaħ il-ġwienaħ u beda jtir u jkisser kull ma kien isib. Huwa beda jwaqqa' il-bini u jiġri wara n-nies. Beda jagħmel ħafna ħsejjes tal-biża' u jonfoħ duħħan iswed.


It-tifel qam imwerwer! Kien għarqan xraba u beda jibki. Huwa qabad il-pupu li kellu fuq is-sodda u beda jgħannqu miegħu. Meta beda jisma' il-passi resqin lejh ħaseb li kien id-dragun. Tgħidx kemm beda jwerżaq u jibki!! Ħaseb li kien ġej għalih id-dragun!!


Imma kienu ommu u missieru għax semgħuh jibki. Kif ra lill- ġenituri ħa nifs twil, hekk kif rahom ħdejh. Huma għannquh magħhom u fissduh ftit sakemm reġa' raqad kuntent!!