L-Avventura

Kienet l-ewwel ġurnata tal-vaganzi tal-Għid. Smajt ħoss ġej mill-ġnien u nżilt niċċekja. Kif inħsadt x’ħin rajt tiġieġa! Kienet qiegħda tagħmel ħafna ħsejjes bħal "QAQAQAQAAA".


Meta ratha ommi beżgħet għax titwerwer minnhom. U meta raha missieri mar warajha u ġera daqs kemm felaħ biex jaqbadha għax missieri diġa kellu serduq. Imma ma setax jilħaqha. It-tiġieġa kienet wisq ħafifa biex tinqabad. Wara żewġ minuti jipprova jaqbadha, hu ddeċieda li jieqaf. Jien u ommi għedna lill-ġirien jekk it-tiġieġa kinitx tagħhom. Imma ta' ħadd ma kienet. Wara għedna lil nannti biex iżżommha hi u qalet "Iva".


Wara dik l-avventura, jien mort lura d-dar u bdejt nagħmel il-homework meta... it-telephone ċempel. Kienet in-nanna li tajnieha t-tiġieġa. Meta qbadt it-telephone qaltli li t-tiġieġa bdiet tbid il-bajd taċ-ċikkulata. Jien ma stajtx nifhem kif tiġieġa għamlet il-bajd taċ-ċikkulata, imma eżatt meta kont ħa ngħid lil ommi jien indunajt li kont fis-sodda tiegħi.


Intbaħt li dik mill-bidu sal-aħħar kienet ħolma. Jien qomt u għedt lil ommi u hi baqgħet tidħak għall-ġurnanta sħiħa!