Il-Magna taz-zmien


Is-sena l-oħra fil- vaganzi tas-sajf mort inzur in-nanna mal-genituri tiegħi bħas-soltu. Dakinhar kien hemm il- kugin tiegħi Stevie u tlajna nilagħbu flimkien fil-kamra tal-bejt.


Waqt li konna qed nilagħbu, għajnejja waqgħu fuq kaxxa żgħira kulur id-deheb li kien hemm ġo armarju. Għelbitni l-kurżita' u xtaqt nara x'kien hemm ġo fiha. Kif ftaħt il-kaxxa rajt ċurkett il-ġmiel tiegħu b'fossa bluna tleqq ħafna. Mingħajr ma ħsibtha darbtejn daħħalt iċ-ċurkett f'sebgħi u f'daqqa waħda sibt ruħi ġo sħaba bajda.


Jien bżajt ftit u għalaqt għajnejja. Iżda meta erġajt ftaħthom, indunajt li ma kontx qiegħed id-dar tan-nanna. Sibt ruħi fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali taz-Żejtun. It-temp ma kienx iżjed sajfi għax kien il-bard u anke ħafna riħ. Quddiem il-knisja kien hemm karrozza kbira u antika b'ċoff kbir abjad mwaħħal fuq quddiem. Żgur li fil-knisja kienu qed jiċċelebraw it-tieħ ta' xi ħadd.


Ħarist madwari u kollox kien jidher stramb. In-nies kienu lebsin b'mod differenti u ma kien hemm l-ebda ħanut milli niftakar jien fil-pjazza taz-Żejtun. X'kien ġara? Għaliex xejn ma kien familjari? F'liema żmien kont qiegħed jien?


Waqt li kont mitluf fi ħsibijieti bdew ħerġin il-mistednin mill-knisja. Fl-aħħar ħarġu l-għarus u l-għarusa daħkana u kuntenti. Bqajt ħalqi miftuħ! Għidt dawk l-gharajjes nafhom x'imkien. Dawk m'huma ħadd ħlief in-nannu u n-nanna tiegħi! Għarafthom mir-ritratt li għandha n-nanna fis-salott. Jien kont mort lura fis-sena 1968. Kemm kienu iżgħar u irqaq in- nanniet tiegħi! Emozjonajt ruħi x'ħin rajt lin-nannu,għax jiena qatt ma ltqajt miegħu fil- verita'. Kont ferħan se ntir u xtaqt li ż-żmien jieqaf...


Iżda issa kien sar il-ħin li mmur lura nilgħab ma' Stevie fil-kamra tal- bejt. Erġajt ilbist iċ-ċurkett tal-fossa bluna u sibt ruħi lura għand in-nanna. Iddeċidejt li ma ngħid lil ħadd dwar din l-avventura unika u speċjali. Min jaf? Forsi xi darba nirrakkonta kollox lin-nanna u ngħidilha li rajtha bil-libsa bajda u bil-mant. Eżatt kif inhi fir-ritratt tas-salott!


FINISH