Ktieb li ħadt gost naqra

Il-ktieb li ħadt gost naqra jismu 'Teenage Mutant Ninja Turtles'. It-tip ta' ktieb huwa tal-ġlied. Dawn in-'ninja turtles' kollha għandhom maskra differenti.


Leonardo għandu maskra blu, Donatello għandu maskra vjola, Michaelangelo għandu maskra oranġjo u Raffaello għandu maskra ħamra. Dawn għandhom ukoll kollha arma differenti. Leonardo għandu żewġ xwabel jaqtgħu ħafna, Donatello għandu stikka tal-injam b'saħħita, Michaelangelo għandu ktajjen sodi u Raffaello għandu furkettun għall-ponta. Il-kap tagħhom huwa Leonardo. Hemm ukoll il-ħżiena li jgħidulhom "footbots" u "krangroids" u l-kap tagħhom huwa Shredder. Wara kien hemm il-ħżiena li bdew joħolqu l-inkwiet u lin-'ninja turtles' telgħalhom fuq il-kompjuter. Huma marru jiġġieldu kontra l-ħżiena u kkumbattewlhom ħafna. Sfortunatament, lil Donatello nkisritlu l-istikka waqt il-battalja imma Splinter (missierhom) kien pront u sewwijielu.


Jien ħadt gost naqra dan il-ktieb għax għalija fih affarijiet li nħobb jien. Tagħhom hemm ukoll films u logħob. Meta qrajtu kont ftit imdejjaq għax kien spiċċa u ħallieni bil-kurżita' min rebaħ.