Il-Magna taż-Żmien
Kuljum ngħaddi mill-istess triq biex immur l-iskola u lura d-dar. Hemm dar partikolari, antika, li minn dejjem ġabitli l-kurżita' min jgħix fiha.
Darba waħda, jien u sejra d-dar rajt anzjan dieħel fid-dar l-antika, mgħbbi b'kaxxa mimlija għodda. Ittawalt mit-tieqa u narah jaħdem fuq magna kbira, b'ħafna buttuni u bieba. Tgħid x'inhi dik il-magna, x'użu għandha ?
Darba minnhom, kont sejra l-iskola u inzertajt l-anzjan ħiereġ mgħaġġel u bil fixkla ħalla l-bieb miftuħ. It-tentazzjoni kienet kbira wisq, dħalt bil-mod il-mod u rajt ħafna affarijiet antiki, kamra minnhom kienet bl-għamara kollha mgħottija bil-lożor. Imbagħad imxejt fl-kurutur dħalt sibt ktieb b'informazzjoni fuq il-magna. Hemmhekk indunajt li din hija magna taż-żmien.
B'kurżita dħalt fiha, minn dejjem x taqt immur lura fiż-żmien biex nara l-familjari, bħall-bużnanniet li tant nisma' dwarhom. Mir-rakkonti ta' missieri ħadt idea taż-żmien li huwa 1940. Għafast in-numru fil-magna u f'radda ta' salib sibt ruħi fis-sena 1940.
Ġibt għajnejja wara widnejha x'ħin rajt ambjent differenti minn kif nafu, karozzi mill-inqas, nies jivjaġġaw bil-karozzin, il-ħwejjeġ tan-nies differenti ħafna, lin-nisa tarahom għaddejjin bl-għonnella u l-irġiel bil-kappell. Eċċitanti l-fatt lir-rakkonti ta' missieri kont qed narahom b'għajnejja u ngħixhom.
Bis-saħħa tar-ritratti li kont nara għaraft id-dar ta' l-anzjan u f'tebqa t'għajn ħrabt niġri 'l barra qabel jinduna bija l-anzjan. Kienet esperjenza inkretibbli pero' m'għidt lil ħadd għax żgur ma' kinux jemmnuni u xi għajta ma kinitx tonqos.